Żewġ Logħbiet Ta’ Ħbiberija F’Ta’ Qali Għat-Tim Malti Tan-Nisa Ftit Jiem Oħra

 Żewġ Logħbiet Ta’ Ħbiberija F’Ta’ Qali Għat-Tim Malti Tan-Nisa Ftit Jiem Oħra

It-Tim Malti tan-Nisa mmexxi mill-kowċ Mark Gatt ftit jiem oħra jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija f’darna kontra l-Montenegro.

Logħbiet li se jservu ta’ preparazzjoni għall-bidu ta’ kompetizzjoni oħra f’Settembru li ġej fi grupp ta’ Kwalifikazzjoni ġdid li fih it-tim se jibda b’logħbiet iebsin kontra d-Danimarka u l-Bożnija Herzegovina.

Iż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Montenegro se jintlgħabu fis-Centenary Stadium, bl-ewwel waħda tintlgħab nhar l-10 ta’ Ġunju, it-tieni waħda tliet t’ijiem wara.

Opportunita ukoll b’hekk għall-kowċ Malti li jsegwi mill-viċin il-players li għadhom kif għexu esperjenza barra l-pajjiż f’kampjonati differenti l-aktar f’dak Taljan, fosthom Haley Bugeja, Kailey Willis, Rachel Cuschieri u oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com