Żibel Ma’ Kullimkien Fuq Il-Bajja Tal-Exiles F’Tas-Sliema
Persuni li jgħixu f’Tas-Sliema lmentaw li dalgħodu qamu għal xena xejn sabiħa fl-Exiles.
Ritratti jixhdu li persuni li kienu qed jirrilassaw fuq din il-bajja ilbieraħ filgħaxija ħallew warajhom ħafna skart jiġri mal-bajja kollha.
Ir-residenti saħqu li din l-attitudni hija inaċċettabbli u li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet jibdew ikunu aktar ħorox ma min iħammeġ il-bajjiet u postijiet pubbliċi oħrajn.