Żwiemel – Nhar il-Ġimgħa Isiru L-Ewwel Żewġ Finali Tas-Sena

 Żwiemel – Nhar il-Ġimgħa Isiru L-Ewwel Żewġ Finali Tas-Sena

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju isiru l-ewwel żewġ finali tas-sena hekk kif għal darb’oħra l-Kumpanija tal-Assikurazzjoni Assikura qed toffri sostenn finanzjarju lil Malta Racing Club sabiex ġew organizzati l-kampjonati tal-klassijiet Gold u Bronze.

Il-heats ta’ dawn iż-żewġ kampjonati li qed isiru fuq distanza ta’ 2140m, saru bejn it-28 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu fejn b’kollox ħadu sehem 93 żiemel fi tmien heats tal-Klassi Bronze u 70 żiemel f’seba’ heats tal-Klassi Gold.

Minħabba r-restrizzjonijiet, it-tliet semi finali tal-klassi Bronze saru nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Mejju fejn saru magħrufa t-tnax-il finalist bil-poloz għall-finali telgħu t-Tnejn filgħodu. It-tliet semi finali tal-Klassi Gold saru nhar il-Ħadd fejn ukoll ġew magħrufa t-tnax-il żiemel finalist bil-poloz tal-finali jittellgħu fil-preżenza tas-sidien waqt konferenza stampa li saret fil-Korsa tal-Marsa.

Din il-Konferenza Stampa kienet indirizzata miċ-Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi u l-Managing Director tal-Kumpanija Assikura Insurance Brokers Andrew Grech.

Il-poloz telgħu hekk:

1. RAMON DEKKERS (Cliferty Calleja)

2. XCEED G.T. (Clint Vassallo)

3. WHAT YOU WANT (Michael Ellul)

4. BRAVEHEART JIEL (Claudio Refalo)

5. KASPER TROT (Rodney Gatt)

6. BRIN DE NOBLESSE (Jesmar Gafa’)

7. ATUS PICKEN (Jean Claude Pace)

8. BARON DE MAJUAG (Alessandro Grech)

9. CYRIUS DU LORAULT (Redent Magro)

10. CHEMSAK VEDAQUAIS (Jeffrey Said)

11. GIGANT WELL (Charles Degiorgio)

12. AMI DE CLERLANDE (Noel Baldacchino)

 

Ritratt: Malta Racing Club

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com