10 Proposti Għal Servizzi Tas-Saħħa Eċċellenti Għall-Għawdxin F’Għawdex Stess – PN

 10 Proposti Għal Servizzi Tas-Saħħa Eċċellenti Għall-Għawdxin F’Għawdex Stess – PN

Partit Nazzjonalista fil-gvern qed iwiegħed impenn sħiħ li jieħu lura s-servizz tas-saħħa biex l-Għawdxin ikollhom tassew servizz eċċellenti mhux biss fis-saħħa in ġenerali imma wkoll fil-kura u s-sostenn fil-komunitá tal-anzjani, persuni b’diżabilita u dawk li jbatu bid-dimensja u diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Huwa b’dan l-għan li s-saħħa tkun wahda mil-prioritajjet ewlenin ta’ Gvern Nazzjonalista għal Ghawdex.

Hekk saħqu f’konferenza tal-aħbarijiet il-Kelliem għal Għawdex Chris Said, id-deputat Kevin Cutajar u l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Josephine Xuereb.

Il-kelliema sostnew li meta Gvern Laburista biegħ l-isptarijiet lill-privat u pprivatizza l-qasam tas-saħħa, ċaħħad lill-Għawdxin minn servizz tas-saħħa li jixraq lill-poplu Għawdxi f’pajjiż modern. Il-wegħdi ta’ investiment u titjib fis-servizz ma twettqux u l-Għawdxin tilfu l-kontroll fuq is-servizz tas-saħħa f’Għawdex. Kif ħareġ ċar mir-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali, din il-privatizazzjoni wasslet biex il-poplu spiċċa jħallas aktar biex ħa lura anqas.

Għal dan il-għan il-Partit Nazzjonalista ppreżenta għaxar proposti li huma:

1. Is-servizzi tas-saħħa f’Għawdex jerġgħu lura f’idejn l-Għawdxin;

2. Sptar Ġenerali ġdid, fost oħrajn b’ modern u attrezzat għall-Għawdxin;

3. Inżommu lill-ħaddiema kollha ta’ Steward Healthcare u nintegrawhom fl-isptar us-servizz il-ġdid.

4. Żieda ta’ għoti ta’ aktar tipi ta’ chemotherapy fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-Għawdxin.

5. Servizz ġdid ta’ MRI fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

6. Helipads suffiċjenti fuq l-isptar ġenerali ta’ Għawdex u fuq Mater Dei għat-trasferiment b’emerġenza ta’ pazjenti minn Għawdex għal Malta.

7. Kura u sostenn fil-komunitá għall-anzjani bil-ftuħ ta’ ħames djar għall-anzjanif’ħ ames lokalitajiet differenti u dan isir fl-ewwel leġiżlatura.

8. Kura u sostenn fil-komunitá għall-persuni Għawdxin bi sfidi ta’ saħħa mentali.

9. Kura u sostenn fil-komunitá għal persuni b’diżabilitá.

10. Kura u sostenn fil-komunitá għall-persuni bid-dimensja.

Il-Partit Nazzjonalista qal li dawn il-proposti huma frott tad-diskussjoni li saret fil-cluster dedikata għal Għawdex fejn fiha hemm ammont kbir ta’ proposti li fil-ġimgħat li ġejjin se jkomplu jkunu żvelati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com