10 Snin Mill-Każ Krudili Fuq Il-Kelba Star – Kien Sparalha Mal-40 Ċomba

 10 Snin Mill-Każ Krudili Fuq Il-Kelba Star – Kien Sparalha Mal-40 Ċomba

Illum il-każ dwar il-kelba STAR li kienet maħqura jagħlaq 10 snin. Dan kien każ li wera kemm il-pubbliku jistmerr bis-saħħa atti bħal dawn u li kien hawn bżonn ta’ aktar kuxjenza dwar dan.

Alfred Vella kien instab ħati li wettaq att krudili fuq din il-kelba u ngħata sentenza minima ta’ 3 xhur priġunerija u multa ta’ €10,000.

Il-kelba kienet instabet midfuna ħajja b’saqajha u ħalqha marbutin b’tir ta’ senter f’rasha u darha.  F’ġisem il-kelba nstabu mal-40 ċomba. Il-kelba kienet mietet ftit jiem wara.

Bħala simbolu kontra l-moħqrija tal-annimali f’Ta’ Qali twaħħal monument ta’ Star u saret anke mixja kontra l-moħqrija tal-annimali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com