13-Il Bajja Magħżula Bħala L-Aktar Siguri Fl-Ewropa – L-Għadira Fil-Mellieħa Nkluża

 13-Il Bajja Magħżula Bħala L-Aktar Siguri Fl-Ewropa – L-Għadira Fil-Mellieħa Nkluża

L-akbar bajja ramlija f’pajjiżna, l-Għadira ntagħżlet fost l-aqwa 13-il bajja bħala l-aktar siguri minn European Best Destinations fl-Ewropa.

Intqal li din il-bajja toffri spazju nadif u adekwat għal dawk li jħobbu jilagħqu x-xemx b’numru ta’ mkejjen fejn il-pubbliku jista’ jiekol u jieħu gost waqt li jirrilassa.

Il-karatteristiċi tal-Għadira, flimkien mal-kultura tal-akkwata, għenu biex tieħu t-titlu EDEN mill-Kummissjoni Ewropea għall-kontribuzzjoni tagħha favur turiżmu sostenibbli.

Fl-istess sit, pajjiżna ġie mfaħħar għall-mod kif mexa l-programm ta’ vaċċinazzjoni “Malta had the highest COVID-19 vaccination rate in Europe…”

is-sit qal ukoll li l-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo semma li t-turisti li jibbukkjaw 3-4 jew 5 star hotels direttament mis-sit tagħhom ser jirċievu assistenza finanzjarja ta’ €200 kull persuna basta jkunu ser joqogħdu tliet ijiem fiha.

Aqra iżjed: https://www.forbes.com/sites/ceciliarodriguez/2021/05/30/summer-2021-in-europe-13-beautiful-european-beaches-considered-the-safest-post-coronavirus/?sh=29db68d87c2e

Ritratt: Mellieħa Info Guide

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com