Jitwaqqaf Osservatorju Biex Jippromwovi D-Drittijiet Tat-Tfal

 Jitwaqqaf Osservatorju Biex Jippromwovi D-Drittijiet Tat-Tfal

Il-pedamenti għall-osservatorju li jippromwovi d-drittijiet tat-tfal illum ġew ikkonsolidati permezz ta’ ftehim iffirmat bejn l-Università ta’ Malta u l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society.

L-Osservatorju tad-Drittijiet tat-Tfal f’Malta (Children’s Right Observatory Malta – CROM) se jiddentifika l-lakuni u l-oqsma ta’ prijorità fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tattfal, jiddefendi l-bidla, u jġib flimkien esperjenzi, kontribuzzjonijiet akkademiċi, interdixxiplinarji u transsettorjali, biex javvanzaw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet.

Waqt konferenza stampa li saret illum, iċ-chairperson tal-MFWS Marie-Louise Coleiro Preca ddeskriviet din il-ġurnata bħala mument storiku għat-tfal u għal Malta.

“Dan l-osservatorju se jkun għassa għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal u flimkien malakkademiċi tal-università, nistgħu nixprunaw il-bidla u ninfluwenzaw lil dawk li jfasslu l-politika permezz ta’ aktar riċerka u informazzjoni.“ Id-dritt tat-tfal li jinstemgħu u jittieħdu bis-serjetà huwa dritt, u mhux privileġġ li jista’ jiġi miċħud. CROM huwa sforz kollettiv biex jiżgura li l-aspirazzjonijiet tat-tfal jibqgħu fuq quddiem fl-aġenda,” qalet l-Eċċellenza Tagħha Coleiro Preca, li hija wkoll il-president tal-Eurochild.

Ir-rettur tal-Università, il-Prof. Alfred Vella, tenna li t-tfal għandhom bżonn li leħinhom jinstema’ aktar fis-soċjetà u, it-tieni raġuni għaliex jadvoka fuq dan id-dritt, qali li għax minn fost it-tfal tal-lum se joħorġu r-riċerkaturi, l-attivisti u dawk li jfasslu l-politika ta’ għada.

Il-Prof. Vella qal li l-Università kienet onorata li tikkollabora mal-MFWS fuq l-Osservatorju tad-Drittijiet tat-Tfal u wiegħed l-appoġġ tal-Università sakemm ikun meħtieġ.

L-osservatorju ħareġ minn żewġ proġetti ta’ riċerka fi ħdan l-MFWS iffukati fuq ilparteċipazzjoni tat-tfal – Child Participation Assessment Tool (CPAT) żviluppat millKunsill tal-Ewropa u mwettaq b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Familja, u d-DG Just, li huwa studju dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fil-ħajja politika u demokratika.

Iż-żewġ studji kixfu l-bosta ostakli li jaffaċċjaw it-tfal f’kull saff tas-soċjetà – mid-dar, sa l-iskola, sal-qrati, u bosta istituzzjonijiet oħra – biex isemmgħu leħinhom, lopinjonijiet u x-xewqat tagħhom.

Ir-riċerka kwalitattiva tefgħet dawl fuq sitwazzjonijiet fejn id-dritt tat-tfal li jieħdu deċiżjonijiet li jħallu impatt fuq il-futur tagħhom – bħal liema lingwa jistudjaw fl-iskola, jew liema sport għandhom isegwu, u strument mużikali li jdoqqu – kienu kollha deċiżi mill-ġenituri tagħhom.

It-tfal iddiskutew żewġ realtajiet opposti fi ħdan il-familji tagħhom li jwasslu għal diffikultajiet sabiex leħinhom jinstema’: ġenituri bi protezzjoni kontroll totali, li jnisslu sens ta’ biża’ fit-tfal meta dawn ikunu jixtiequ jmorru kontra x-xewqat tagħhom; u min-naħa l-oħra, tfal li jgħixu ma’ ġenituri f’ambjent diffiċli, fejn il-ġenituri juru interess millinqas u b’hekk it-tfal ftit li xejn jiġu appoġġati.

F’waħda mis-sessjonijiet ta’ konsultazzjoni, it-tfal esprimew ukoll tħassib dwar ittokeniżmu politiku, u l-isfruttament taż-żgħażagħ f’kampanji politiċi biex jinkisbu l-voti. Meta mistoqsija kif il-parteċipazzjoni tista’ tiġi indirizzata f’każijiet bħal dawn, it-tfal issuġġerew li “l-politiċi jew in-nies fil-poter għandhom jistaqsu lit-tfal x’jixtiequ”.

Huma tkellmu dwar id-dibattiti “b’saħħithom u mhux partiġġjani” li huma ineżistenti u qalu li l-inkapaċità li tiddiskuti ġejja minn nuqqas ta’ komponent edukattiv dwar kif wieħed għandi jiddibatti u għalhekk “it-tfal jikbru mhux ippreparati”.

Tfal, minn ċirkustanzi, nazzjonalitajiet, u kapaċitajiet differenti tkellmu dwar ilfrustrazzjoni tagħhom li “l-adulti jippretenduhom li jisimgħu…” u dwar n-nuqqas ta’ konsultazzjoni mat-tfal fid-deċiżjonijiet li jinvolvu lilhom.

Martina Oliva, mill-Kunsill tat-Tfal fi ħdan l-MFWS, qalet: “CROM huwa dak li għandna bżonn biex nimxu ‘l quddiem. Bħala Kunsill nilqgħu bil-qalb din l-inizjattiva mill-isbaħ u nistiednu lit-tfal kollha li jgħixu f’Malta u Għawdex jifhmu li huma importanti, huma min huma. ”

Il-viżjoni tal-osservatorju hija li t-tfal kollha – irrispettivament mill-background, l-età, is-sess, l-etniċità u r-reliġjon – għandhom dritt fundamentali li jsemmgħu leħinhom, u jesprimu l-fehmiet tagħhom liberament u mogħtija l-valur dovut, kif minqux f’Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

L-osservatorju se jkun magħmul minn 5 oqsma: grupp ta’ tmexxija; tim ewlieni, bord konsultattiv ta’ livell għoli li se jinkludi l-Unicef, fost ħafna oħrajn; pjattaformi, u gruppi tematiċi ta’ fokus; u msieħba li jistgħu jinkludu NGOs internazzjonali u lokali, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com