557 Multa F’Ġimgħa Oħra Ta’ Infurzar Kontra L-Covid-19
![557 Multa F’Ġimgħa Oħra Ta’ Infurzar Kontra L-Covid-19](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/06/san-giljan-850x560.jpeg)
Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 557 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imxija.
538, ingħataw lil nies li ma kinux lebsin maskra jew dawk li kisru r-regoli marbuta man-numru stabbilit ta’ persuni fil-pubbliku.
Dan filwaqt li 3 persuni ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.
Saru wkoll 5,000 spezzjoni f’diversi stabbilimenti u minnhom ingħataw 14-il ċitazzjoni minħabba ksur ta’ regolamenti tal-istabbilimenti.