81 Sena Mill-Pellegrinaġġ Nazzjonali Fl-Imdina Fiż-Żmien Ta’ Theddid Tal-Gwerra
Bħal lum 81 sena, propju l-Ħadd 9 ta’ Ġunju 1940, kien sar pellegrinaġġ nazzjonali fil-Belt tal-Imdina, fid-dawl ta’ theddid tal-gwerra. Infatti, l-għada Mussolini kien ddikjara li l-Italja kienet daħlet fi gwerra kontra r-Renju Unit u Franza. Dan wassal sabiex ġurnata wara ikun hemm l-ewwel attakki mill-ajru fuq Malta.
Dan ikompli juri d-devozzjoni u l-fidi tal-poplu Malti hekk kif f’dan iż-żmien diffiċli ngħaqad sabiex jitlob lill-kurċifiss jipproteġih u jbegħdu mill-kruha tal-Gwerra.
Ta’ min isemmi ukoll li llum niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Arkivji. Grazzi għall-arkivji wieħed jista’ jara’ ritratti bħal dawn, kif ukoll jitgħallem l-istorja ta’ pajjiżna. L-arkivji li juru l-bażi tal-identità tal-poplu, kif ukoll l-memorji u l-esperjenzi li jgħaddu minnhom ġenerazzjoni wara l-oħra. Għaldaqstant, nirringrazzjaw lill-arkivisti u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-arkivji tax-xogħol xiewi tagħhom.