Aġġornat: Kuntrattur Immultat Wara Li Dalgħodu Ħoloq It-Traffiku
Hekk kif dalgħodu ġie rappurtat li kien hemm ammont kbir ta’ traffiku fin-naħa t’isfel ta’ Malta, jidher li dan seħħ wara xogħol negliġenti minn kuntrattur tax-xogħlijiet fil-mini ta’ Santa Venera.
Kif rappurtat minn Times of Malta, rappreżentat ta’ Infrastruttura Malta spjega li l-kuntrattur naddaf il-culvert tal-ilma u għattiha bi platt tal-azzar, iżda dan il-platt bit-traffiku ċċaqlaq u l-mina ġiet karreġġjata waħda. L-istess rappreżentant jgħid li Infrastruttura Malta ħadet attenzjoni b’mod immedjat billi reġgħet fetħet iż-żewġ karreġġjati. Qal ukoll li l-aġenzija ħadet passi sabiex tieħu azzjonijiet legali skont it-termini tal-kuntratt. Fid-dawl ta’ dan, Transport Malta immultat lil kuntrattur €15,000.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates