Aġġornat: Tinqata’ S-Sentenza Tal-Mara Li Qatlet Lir-Raġel Li Abbużaha Għal Bosta Snin
Tinqata’ s-sentenza mill-Qorti Franċiża fil-konfront ta’ Valérie Bacot, il-mara li qatlet lir-raġel li abbużaha għal bosta snin. Bacot instabet ħatja li qatlet lil żewġha u ngħatat piena ta’ 4 snin ħabs, sospiżi għal 3 snin. Il-mara kienet meħlusa hekk kif hija kienet diġà għamlet sena l-ħabs u għaldaqstant setgħet tingħaqad lura m’ulieda!
Jidher li l-mara waqt li kienet qiegħda fl-awla sabiex tisma’ d-deċiżjoni tal-Qorti tagħha ħass ħażin. In-numru ta’ persuni li ffirmaw petizzjoni sabiex jitolbu l-ħelsien ta’ Bacot kien żdied għal 700,000 persuna.
Bacot setgħet ngħatat piena t’għomor il-ħabs wara li sparat u qatlet lir-raġel tagħha, Daniel Polette, fl-2016.
Numru ta’ persuni nġabbru barra l-Qorti jistennew l-esodu tal-kawża, fejn b’emozzjoni laqgħu lill-mara b’ċapċip. L-għajta ‘Brava!’ instemgħat ukoll tidwi! Bacot stqarret li hija mfarrka mentalment u fiżikament, u xtaqet li tirritorna lura m’uliedha.
Bacot tgħid li wasal iż-żmien sabiex tibda l-ġlieda favur dawk il-persuni li ukoll qegħdin isoffru l-abbuż.
Ritratt: Jeff Pachoud/Agence France-Presse — Getty Images