Aktar Suċċessi Għal Justin Tellus Barra Minn Xtutna

 Aktar Suċċessi Għal Justin Tellus Barra Minn Xtutna

L-ex plejer internazzjonali Malti Justin Tellus kompla jirċievi aktar rapporti ta’ suċċess u tifħir fejn permezz tal-għajnuna, l-gwida u l-kuntatti tiegħu barra l-pajjiż, numru ta’ żagħżagħ qed jirnexxilhom mhux biss jitħarġu iżda anke saħanistra jissieħbu ma’ klabs b’storja ta’ suċċess fir-Renju Unit.

L-aħħar plejer l-irnexxilu jagħmel il-grad grazzi għal ex-Birkirkara FC u Valletta FC fost l-oħrajn huwa Zak Brunt, midfielder ta’ 19 il-sena li llum jinsab fuq il-kotba ta’ Sheffield United.

Brunt sostna, li Tellus wera fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħu fejn mill-kategorija tal-youths spiċċa jagħmila kemm fit-tim tar-reserves u eventwalment fit-tim tal-kbar ta’ Matlock Town FC, klabb li jikkompetti fin-Northern Premier League.

Brunt tenna li Tellus kien anke strumentali sabiex huwa jingħaqad mat-tim ta’ Sheffield United u jibda jilgħab futbol professjonali fic-Championship League fl-Ingilterra.

 

Ritratt: The Non League Football Paper

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com