Alicia Bugeja Said: Xjentista Li ħadmet F’Bosta Universitajiet … Lesta Għall-Missjoni Politika
Alicia Bugeja Said ħabbret il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Laburista hekk kif saħqet li kellha sejħa mill-Prim Ministru Robert Abela li kompliet ittieha entużjażmu favur aktar suċċess lejn pajjiżna.
“Wara snin ta’ ħidma b’suċċess fis-settur pubbliku u f’diversi universitajiet madwar id-dinja, illum ninsab lesta għall-missjoni ġdida fil-politika. Il-mixja lejn il-politika għalija kienet waħda naturali”, tenniet Alicia.
Hija ġiet approvata mill-PM biex tikkontesta fuq it-tielet u s-seba’ distretti. Alicia Bugeja Said tenniet li dejjem kienet viċin il-pubbliku kemm bħala Direttur tas-Sajd u anke bħala xjentista.
Qalet li temmen ħafna fil-kuntatt dirett maċ=ċittadini u għalhekk, ser tisma’ aktar lill-pubbliku mill-qrib sabiex pajjiżna jkollu ġejjien sabiħ.