Andre Schembri Maħtur Direttur Fil-Klabb T’Apollon Limassol

Permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu l-ex plejer internazzjonali Malti André Schembri ħabbar li huwa inħatar bħala direttur f’ħdan t-tim ta’ Apollon Limassol FC.
Dan ser ikun it-tieni rwol tiegħu ma’ dan l-klabb wara li diġa kien inkarigat mit-tim ta’ taħt il-15 il-sena. Bħala plejer André Schembri, lagħab 78 partita mat-tim ta’ Apollon fejn skorja 15 il-gowl.
Fl-istagun 2017/2018 Andre Schembri rebaħ ukoll s-Super Cup Ċiprijotta mat-tim ta’ Apollon.
Ritratt: Apollon Limassol