Ara X’Ħolqu L-Brimb Fl-Awstralja!
Għargħar f’Victoria fl-Awstralja jidhru li ħarbtu l-ħajja tal-brimb ta’ dan l-istat. Iżda n-natura donnha li xorta waħda ssib il-modi uniċi tagħha, hekk kif il-brimb issa qegħdin ifittxu affarijiet ta’ daqs għoli, bħal ngħidu aħna tabelli tat-toroq u siġar għoljin. Miljuni ta’ brimb iffurmaw dawk li jidhru qijshom kutri. Ir-residenti baqgħu mistagħġba b’dak li sabu ma’ wiċċhom meta qamu! Ħafna ddiskrivew ukoll il-fenominu bħala mewġ, hekk kif bir-riħ tistħajjilhom mewġ! Jidher li hemm miljuni ta’ brimb li qegħdin jiksu dawn il-postijiet.
F’kummenti li l-kuratur anzjan tal-entomoloġija fil-Mużew ta’ Melbourne, Dr. Ken Walker ta’ lis-sit The Guardian, spjega kif il-brimb għandhom ħiliet diversi, fosthom dik msejħa ‘ballooning’: ħarir żgħir ħafna u rqiq ħafna li jużaw biex itiru mar-riħ. Jidher li jistgħu itiru 100 kilometru. Dan il-fenominu qiegħed isir minħabba l-għargħar u għalhekk qegħdin jużaw dak imsejjaħ ‘ballooning’ mhux biex jaħarbu għal ammont ta’ kilometri iżda sabiex iqabbdu ma’ fuq tal-veġetazzjoni għax hija eħfef mill-arja, imbagħad jitilgħu malajr. Meta ammont kbir ta’ brimb jagħmlu dan f’daqqa, jidher li jistgħu jiksu l-kampanja.
Dan il-fenominu li ġili jissejjaħ ‘gossamer effect’ huwa magħmul minn speċi ta’ brimb, ‘vagrant hunter’ li ma jgħixux fl-art u ma jagħmlux għanqbut. Kull brimba tagħmel biss ħajta waħda, għaldaqstant kull linja ta’ ħarir hija magħmula minn annimal differenti. Għaldaqstant, dan ikompli jikkonferma kemm in-numru ta’ brimb huwa kbir!
Ritratti: The Guardian