Ara X’Wassal Lill-Ġar Sabiex Jaqta’ Siġra Min-Nofs! 

 Ara X’Wassal Lill-Ġar Sabiex Jaqta’ Siġra Min-Nofs! 

Bharat Mistry jidher li kien diżappuntat li l-ġar tiegħu qata’ siġra li hemm quddiem id-djar tagħhom min-nofs, liema siġra kienet ilha hemm għal 25 sena. Dan seħħ wara li l-ġar kien urtat bl-istorbju li l-għasafar f’din is-siġra kienu qegħdin jagħmlu u bil-ħerba li kienu qegħdin jagħmlu fid-daħla tar-residenza tagħhom. Min-naħa l-oħra, Mistry jistqarr li l-għasafar ma jinstemawx mid-dar tagħhom u qatt ma tawhom fastidju.

Jidher li l-ġar li għandu madwar 70 sena, iddeċieda li jqabbad lil xi nies sabiex jiġu jaqtgħu nofs din is-siġra wara argument li dam għaddej sena bejn dawn il-ġirien f’Waterthorpe f’Sheffield, l-Ingilterra.

Jidher li l-ġirien qatt ma kellhom argumenti bejniethom, sakemm bdew ir-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija; il-ħin id-dar żdied u bdew l-argumenti fuq din is-siġra! Minkejja li Mistry u l-familja tiegħu talbu lill-ġirien tagħhom ma jaqtgħux din is-siġra, dawn xorta waħda baqgħu għaddejin bil-pjan tagħhom. 

Din is-siġra spiċċat attrazzjoni turistika wara li ritratt intbgħat lil programm televiżiv Ingliż Jeremy Vine fuq Channel 5. Bosta qegħdin imorru personalment sabiex jaraw din is-siġra u jieħdu ritratti magħha!

X’tagħmlu intom jekk il-ġar tagħkom jiddeċiedi li jagħmel hekk?

Ritratt: Matthew Lofthouse / SWNS

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com