Argument Bejn Ġirien Iwassal Biex Anzjan Jaqla’ Daqqa Ta’ Mus F’Idu

Argument bejn anzjan u raġel, li huma ġirien, wassal biex l-anzjan qala’ daqqa’ ta’ mus f’idejh.
Jirriżulta li l-argument seħħ fi Triq Psaila f’Birkirkara, inqala’ meta l-anzjan waqqaf lil dan ir-raġel milli jipparkja l-vann quddiem id-dar tiegħu minħabba li jibżà li xi ħadd jista’ jidħol fil-gallarija tiegħu minn fuq il-vann.
Waqt l-argument ir-raġel allegatament ħareġ mus u ta daqqa lill-anzjan.
Il-ġlieda twaqqfet minn iben l-anzjan, bir-raġel l-ieħor jidħol lura fl-appartament tiegħu. Fuq il-post waslu l-pulizija tad-distrett u tal-RIU.