Arrestata Il-Mara Fuq L-Agħar Ħabta Li Qatt Saret F’Tour De France
Il-Pulizija Franċiża wara erbat ijiem irnexxilhom jsibu u jarrestaw il-mara li kaġun tagħha waqgħu 50 ċiklist. Din qed tissejjaħ bħala waħda mill-agħar waqgħat ta’ ċiklisti f’ammont kbir fit-Tour de France.
Il-mara ġiet iffilmjata bilwieqfa mal-ġenb tat-triq bi plakka b’messaġġ nofsu bil-Franċiż u nofsu bil-Ġermaniż li kien jgħid “Ejja! Nannu u Nanna”.
Il-prosekuturi nedew inkjesta kriminali wara li 21 ċiklist weġġgħu serjament.
Din il-mara kapaċi teħel sa sena ħabs u multa ekwivalenti għal £13,000.