Bil-Filmat: Issib Iljunfant Fil-Kċina!

 Bil-Filmat: Issib Iljunfant Fil-Kċina!

Mara f’Thailand bdiet il-ġurnata b’xena pjuttost differenti; hekk kif storbju li kien ġej mill-kċina tagħha, spiċċa qajjimha! Ratchadawan Puengprasoppon sabet iljunfant li rnexxilu jinfet fil-kċina tagħha.

L-iljunfant, li ngħata l-isem ta’ Boonchuay jidher li beda jfittex xi ħaġa x’jiekol. Infatti fil-filmat jidher iqalleb fil-kxaxen tal-kċina sabiex isib dan.

Jintqal li din ma kinitx l-ewwel darba li Boonchuay, li jgħix f’park nazzjonali f’Thailand żar dan il-villaġġ u anke ikkawża danni fuq propjeta tan-nies tal-lokal! Hekk kif meta jkun hemm is-suq, l-iljunfanti jmorru għaliex ixommu l-ikel.

Ritratt: The Guardian

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com