Bil-Filmat: Jiċċelebra L-100 Vlog Tiegħu – Din Id-Darba Minn Sqallija

 Bil-Filmat: Jiċċelebra L-100 Vlog Tiegħu – Din Id-Darba Minn Sqallija

Kemm il-darba smajna b’Maltin imorru Sqallija u jżuru l-Etna. Iżda li wieħed imur Sqallija u jidħol ġo Tunnel maħluq mil-Lava mhux ħobż għal snien kulħadd !!

L-Avventuruż Conrad Neil Gatt, li issa magħruf sew għall-esplorazzjonijiet tiegħu fi xtutna, issa li fetħu l-fruntieri tal-pajjiżi għas-safar, reħielha għall-gżira ġara tagħna fejn, flimkien ma’ gwida lokali, daħlu jesploraw Tunnel twil iktar minn kilometru fl-Etna.

Mgħammra b’apparat ta’ sikurezza professjonali, u attrezzati b’kollox, Conrad jeħodna miegħu u jaqsam magħna dak kollu li ltaqa’ miegħu ġol-għar u din l-esperjenza indimentikabbli fl-Etna, kif ukoll b’veduti mill-għoli permezz ta’ drone.

F’inqas minn 20 minuta, Conrad jaqsam magħna eaperjenza ta’ madwar 4 sigħat, fejn jurina wkoll is-sbuħija tal-pajsaġġi u l-ikel Sqalli.

Permezz ta’ dan il-Vlog, Conrad qed jiċċelebra il-100 Vlog mill-kollezzjoni ta’ CNG Trekventures , issa ‘Beyond Borders’ !

Iktar avventuri fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com