Bil-Filmat: Ronaldo Ineħħi L-Fliexken Tal-Coca Cola Minn Fuq Il-Mejda – Għaliex?

 Bil-Filmat: Ronaldo Ineħħi L-Fliexken Tal-Coca Cola Minn Fuq Il-Mejda – Għaliex?

Waqt intervista t-Tnejn li għadda, quddiem il-ġurnalisti sportivi, Cristiano Ronaldo deher ineħħi l-fliexken tal-Coca Cola minn fuq il-mejda.

Il-kumpanija hija sponsor uffiċċjali tal-Euro 2020. Meta staqsewh għaliex għamel hekk, wieġeb li din mhix mentalità tajba li qed titwassal lill-pubbliku li jrid jixrob il-Coca biex isir plejer tajjeb.

Hu saħaq li għandna nixorbu l-ilma u ħa eżempju b’ibnu li jħobb jixrob il-Coac u anke ġieli jiekol il-crisps; xi ħaġa li tirritah ħafna.

Tenna li d-dixxiplina trid tibda mill-midja soċjali u minn dak li jkun ippreżentat lill-pubbliku.

Ritratt: ZeeNews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com