Bil-Filmat: ‘Standing Ovation’ Lix-Xjentista Li Żviluppat Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19
X’tagħmel kieku bilqegħda ħdejk jkun hemm ix-xjentista li żviluppat il-vaċċin kontra l-COVID-19?
Ilbieraħ qabel logħba tennis f’Wimbledon Stadium f’Londra lis-spettaturi preżenti taw ċapċipa kbira lil bosta personalitajiet li kienu mistiedna għal din il-logħba tennis.
Fost dawn kien hemm Sarah Gilbert li hija Professur fl-Università ta’ Oxford u waħda mix-xjenzati Ingliżi li żviluppat il-vaċċin tal-Astra Zeneca.
Sarah Gilbert li għandha 58 sena ngħatat ‘standing ovation’. Ftit tal-ġimgħat ilu ngħatat ukoll it-titlu ta’ Dama mir-Reġina Eliżabetta II.
Araw bil-filmat.