Tiġrif Ta’ Binja Residenzjali Ta’ 12-il Sular F’Miami

 Tiġrif Ta’ Binja Residenzjali Ta’ 12-il Sular F’Miami

Dalgħodu l-aħbarijiet kollha internazzjonali b’rapporti dwar tiġrif ta’ binja residenzjali fit-tramuntana ta’ Miami li seħħ ilbieraħ.

Il-ħaddiema tas-salvataġġ qegħdin ifittxu b’mod intensiv għal kwalunkwe persuni maqbuda fit-tifrik tal-binja residenzjali mġarraf ta’ 12-il sular.

Mill-inqas persuna waħda nqatlet u 99 għadhom nieqsa, jgħidu l-uffiċjali.

Hekk kif il-familjari qed jistennew għall-aħbarijiet dwar qrabathom, it-timijiet tat-tfittxija li ilhom dawn l-aħħar 24 sija jippruvaw b’mod diffiċli jsibu n-nies rrappurtaw li semgħu nies iħabbtu taħt il-fdalijiet.

X’wassal għall-kollass tal-bini ta’ 40 sena kmieni l-Ħamis filgħodu għadu mhux ċar. Pero’ rapporti qallu li kien għaddej xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bejt tal-binja. Esperti qalu li din il-binja ilha instabbli u ilha niżla l-isfel madwar 2mm fis-sena għal dawn l-aħħar 30 sena.

Il-President Amerikan Joe Biden approva stat ta’ emerġenza għall-istat ta’ Florida.

 

Ritratti: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com