Bil-Filmat: Żgħażagħ Żwieten Iżommu T-Tradizzjoni Tal-Għana Ħajja

 Bil-Filmat: Żgħażagħ Żwieten Iżommu T-Tradizzjoni Tal-Għana Ħajja

Tliet żgħażagħ Żwieten interpretaw mill-ġdid l-għanja tal-fatt “L-avukat tal-karozzin” taż-Żejtuni Mikiel Abela l-Bambinu. L-għanja ġiet intepretata qalb is-sbuħija ta’ Ġnien il-Kmand taż-Żejtun stess.

In-narrattiva tirrakkonta ġrajja dwar mara li jkolla tarbija; li jispiċċa mitluq f’karrozzin minn mara oħra li tradiet lil Omm. It-tifel jinġabar mill-kuċċier u martu li ma kellhomx tfal, u li bil-permess tal-awtoritajiet irrabbuh fl-għożża.

It-tfajjel Danjeli jikber u jsir avukat ta’ ħila kbira, u jasal waqt meta jiddefendi persuna li bla ma jkun jaf ikun Missieru l-bijoloġiku. Meta l-avukat isir jaf il-verità, jinsa l-imgħoddi u jkun irid li jgħixu lkoll kuntenti flimkien.

L-isem tal-għanja taħkem il-qofol tal-ġrajja. It-terminu “l-avukat” jimplika l-ħsieb tal-ħila professjonali li se teħles lill-missier, filwaqt li t-terminu “karrozzin” jittermina t-twarrib tat-tarbija.

Hawnhekk toħroġ l-ironija tal-ħajja għaliex it-tifel li twarrab jispiċċa jiddefendi lil min warrbu, u għalhekk is-suġġett prinċipali tal-għanja hija l-maħfra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com