Bosta Toroq Bla Dawl Matul Illejl Li Għadda
Inġiniera u tekniċi tal-Enemalta qed jagħmlu xogħol b’urġenza biex isewwu ħsarat f’cable tal-Enemalta li ikkawża qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’partijiet fin-Naxxar, Ħal Għarghur, l-Mosta u Ħal Lija.
F’xi bnadi f’dawn il-lokalitajiet, il-provvista diġa ġiet lura wara għax bin-network tad-distribuzzjoni kien possibbli li l-provvista tal-elettriku tingħata minn sub-stations oħra.
Il-kawza tal-ħsara għadha qed tigi investigata, għalkemm huwa maħsub li din setgħet ġiet ikkawżata minn varjazzjoni qawwija tat-temperatturi li toħloq pressjoni fuq il-cables ta’ taħt l-art.
L-Enemalta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent ikkawżat minn dan il-qtugħ mhux previst, qed isir kull sforz biex il-provvista titraġġa lura għan-normal fl-iqsar żmien possibbli.