BREAKING: Christian Eriksen Joħroġ Mill-Isptar u Mill-Ewwel Imur….

 BREAKING: Christian Eriksen Joħroġ Mill-Isptar u Mill-Ewwel Imur….

Il-plejer tat-Tim Nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka Christian Eriksen ħareġ mill-isptar u żar lil sħabu. Dan wara li kważi ġimgħa ilu waqa’ fil-grawnd wara li tah attakk f’qalbu.

L-assoċjazzjoni tal-futbol Daniża kitbet fuq Twitter li “Christian Eriksen għadda minn operazzjoni ta’ suċċess u ġie meħlus minn Rigshospitalet. Illum żar ukoll lit-tim nazzjonali f’Helsinger – u minn hawn se jmur id-dar u jqatta’ l-ħin mal-familja tiegħu.”

Eriksen qal: “L-operazzjoni marret tajjeb u sejjer tajjeb fiċ-ċirkostanzi.” L-assoċjazzjoni tal-futbol Daniża preċedentement qalet li Eriksen se jkun qed jirċievi apparat impjantabbli li jista’ jiffunzjona kemm bħala pacemaker kif ukoll bħala defibrillatur.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com