Cyrus Engerer Bit-Tieni Kariga Dwar L-Immigrazzjoni Fil-Parlament Ewropew

 Cyrus Engerer Bit-Tieni Kariga Dwar L-Immigrazzjoni Fil-Parlament Ewropew

Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi ħatar il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista, Cyrus Engerer bħala negozjatur fuq ir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-istandards fir-riċeviment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

Cyrus Engerer stqarr li hu onorat li fi żmien daqstant qasir li ilu fil-Parlament Ewropew ġie fdat b’dan l-irwol relatat mal-immigrazzjoni. Saħaq li “Għal Malta kull proposta dwar l-immigrazzjoni hi importanti ħafna”. Il-Membru Parlamentari Cyrus Engerer ftit ġimgħat ilu nħatar ukoll in-negozjatur fuq il-politika u l-liġi għall-immigrazzjoni legali fl-Unjoni Ewropea.

Cyrus Engerer fakkar li l-fruntiera tal-Unjoni Ewropea hi fruntiera komuni u l-ebda pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea m’għandu jitħalla jaffaċċja din l-isfida waħdu. Hu qal li l-Parlament Ewropew tkellem b’saħħa dwar dan is-suġġett u issa wasal iż-żmien li l-Istati Membri jonoraw dak li diġa qablu dwaru – il-qsim tal-piż tal-immigrazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com