Diskussjoni Dwar L-Isfidi Ewlenin Tal-Viżjoni Ekonomika Mas-Settur Privat

 Diskussjoni Dwar L-Isfidi Ewlenin Tal-Viżjoni Ekonomika Mas-Settur Privat

Il-proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali dwar il-Viżjoni Ekonomika ta’ Malta 2021-2031, ‘A Future-Proof Malta’ ikompli b’diskussjoni mas-settur privat.

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija, Silvio Schembri rrimarka li l-Gvern huwa motivat minn soluzzjonijiet innovattivi li jroddu r-riżultati biex b’hekk ikompli javvanza b’mod diġitali u jkun fost l-aqwa ekonomiji globali, bil-kompetittività nazzjonali bħala l-valur ewlieni tiegħu. Din tinkiseb b’ mentalità li tfittex il-kwalità, b’industriji ta’ valur għoli, infrastruttura qawwija, abilità teknoloġika u politika robusta tal-gvern immirata biex trawwem il-kreattività, il-kuraġġ u l-kompassjoni.

F’interventi kienu bosta dawk li esprimew reazzjonijiet pożittivi għall-viżjoni ekonomika qisuha bħala tragward kruċjali għall-bini fit-tul ta’ futur ħolistiku għal pajjiżna. Huma preżentaw għarfien speċifiku u rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet strateġiċi ewlenin li jaffaċċjaw, flimkien m’aktar skambju ta’ ideat innovattivi li Malta għandha tikkunsidra fid-deċennju li ġej u l-impatt tagħhom fuq is-settur korporattiv lokali. Jinsabu ħerqana sabiex jikkollaboraw mal-gvern fl-implimentazzjoni u t-tixrid ta’ din il-viżjoni fost is-settur privat.

Il-Ministru Schembri laqa’ b’sodisfazzjon l-interess ta’ dawn il-mexxejja tan-negozju biex jikkontribwixxu l-ħsibijiet tagħhom. Fi kliem il-Ministru, “il-frott tas-suċċess tal-viżjoni 2031 jiddependi fuqna lkoll, l-isforz kollaborattiv tagħna biex noħolqu futur ekonomiku li huwa m’għand kulħadd għal kulħadd. Tista’ tgħinna biex nimplimentaw il-viżjoni ekonomika ta’ pajjiżna bl-aħjar mod possibbli”.

Matul il-preżentazzjoni tal-Ministru, linji gwida prattiċi ġew ipprovduti b’referenza għal 5 pilastri ewlenin li jifformaw din il-viżjoni ekonomika.

Il-Ministru għall-Ekonomija rrefera għall-importanza tat-tqabbil tal-ħiliet mal-esiġenzi attwali tas-suq tal-impjiegi, b’dan tal-aħħar jipprovdi karrieri ta’ kwalità għolja u mħallsa tajjeb. Barra minn hekk, il-Ministru nnota li t-tkabbir ekonomiku għandu jimxi id f’id mal-protezzjoni tal-ambjent, standards għoljin ta’ governanza, u r-responsabbiltà.

Kull min jixtieq jissottometti l-proposti tiegħu jista’ jżur https://economicvision.mimcol.com.mt/ jew jibgħat email lil [email protected] sal-31 ta’ Lulju 2021. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com