Fdalijiet Ta’ Madum U Ġebel Fost Skart Mormi Fi Triq Fil-Mosta

Persuna mhux magħrufa matul il-jum tal-bieraħ rmiet ammont kbir ta’ skart tal-kostruzzjoni fi triq Durumblat fil-Mosta.
Dan lis-skart jidher li tħalla fil-ġenb ta’ din it-triq ewlenija li tagħti għal Ta’ Qali fejn aktar tard kellu jinġabar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni.
Grazzi lil dawn il-ħaddiema tax-xogħol tagħhom biex iżżommu lil pajjiżna nadif, pero’ dawn l-atti vandali għandhom jieqfu jekk verament inħobbu lil pajjiżna.
Meta se nitgħallmu?