Festi: Illum San Ġużepp U L-Lunzjata
Żewġ festi kbar u devoti: San Ġużepp f’Ħal Għaxaq u l-Lunzjata f’Ħal Tarxien. Illum ikunu ċċelebrati l-festi ad unurhom.
Bħal-lum, dawn iż-żewġt irħula pittoreski kienu jkunu miżgħuda bin-nies.
Madanakollu, iż-żewġ parroċċi flimkien ma’ nieshom għamlu l-almu tagħhom biex l-ispirtu u l-moral ikun fl-aqwa tiegħu. Il-midja soċjali hija mimlija ritratti li jfakkruna li l-festi għad ikunu ċċelebrati mill-ġdid kif konna mdorrijin bihom.
Minn qalbna awguri lit-Tarxiniżi u lill-Ġużeppini Għaxqin.
Ritratti: Paul Mula/ Pawlu Buttigieg