F’Sibtek Li Jmiss Se Jkun Hemm Festa Ta’ Missierijiet – Tititlfuhx

 F’Sibtek Li Jmiss Se Jkun Hemm Festa Ta’ Missierijiet – Tititlfuhx
Sibtek tas-Sibt li ġej ser ikun mimli missirijiet li għandhom storja x’ jaqsmu mal-pubbliku. Programm speċjali għal Jum il-missier. Ser ikun hemm mistiedna Ronald Xmun Borg, raġel li miegħu jħaddem lill-erba’ uliedu u jitkellmu dwar il-ħin li jaqttgħu miegħu.
Mistieden ukoll Vince Baldacchino li apparti li huwa imprenditur popolari ħafna huwa ukoll missier. Vince huwa persuna pożittiva immens u se ssiru tafu kif anke f’mumenti mhux faċli, kompla jibni fuq is-suċċessi kbar tiegħu.
Mark spiteri Lucas ser jitkellem dwar l-imħabba kbira li ħass meta ħaddan miegħu lil bintu għall-ewwel darba.
Intervista esklussiva ma’ Jomike u Lydon – il missier u l-iben li rebħu Malta’s Got talent ta’ din is sena u li għandhom sorpriża għal xulxin f’Jum il-missier.
Sibtek – ma tistax titilfu !
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com