Għaliex Il-Palazzi Tal-President Mixgħulin Bl-Aħmar?

 Għaliex Il-Palazzi Tal-President Mixgħulin Bl-Aħmar?

Mil-lejl li għadda, il-faċċati tat-tliet Palazzi Presidenzjali nxtegħlu b’kulur aħmar sabiex jitqajjem aktar għarfien dwar l-importanza tal-għoti tad-demm filwaqt li jingħata rikonoxximent lid-donaturi kollha.

Il-Palazz tal-Granmastri fil-Belt Valletta, il-Palazz ta’ Sant’Anton, kif ukoll il-Palazz tal-Verdala se jibqgħu mixgħula sal-14 ta’ Ġunju li ġej, meta madwar id-dinja kollha huwa l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm.

Bit-tema: “Agħti d-demm u żomm il-qalb tad-dinja tħabbat”, din se tkun it-18-il darba li qed ikun imfakkar dan il-jum.

Il-President ta’ Malta, George Vella ħeġġeġ biex entatjijiet governattivi, non-governattivi, kummerċjali, u oħrajn sabiex jingħaqdu f’din l-inizjattiva ħalli jintwera apprezzament lid-donaturi tad-demm, speċjalment lil dawk li tul il-pandemija għelbu l-biża’ u resqu biex jagħtu d-demm u jkunu ta’ spalla għal eluf li ġew bżonnu.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com