Għaliex Qed Isir Dan Il-Ġlied?

 Għaliex Qed Isir Dan Il-Ġlied?

Ilbieraħ wara nofsinhar grupp ta’ ħames irġiel allegatament kienu involuti fi ġlieda fi Triq il-Korp tal-Pijunieri fid-daħal ta’ Buġibba. Dan il-każ hu mifhum li seħħ wara nofsinhar.

Filmat li wasal għand StradaRjali.com juri 4 irġiel jagħtu xebgħa liema bħala lil raġel ieħor li tul il-filmat deher minxur għal tulu fl-art jaqla daqqa wara l-oħra minn dawn l-erba’ rġiel. Mhux mifhum x’inhi r-raġuni għal din il-ġlieda.

F’kuntatt li għamel is-sit StradaRjali.com mal-Korp tal-Pulizija ġie ikkonfermat li l-Pulizija ġew infurmati b’dan il-każ ilbieraħ il-Ħadd 13 ta’ Ġunju għall-ħabta tat-3.30pm. Il-Pulizija fuq il-post sabu raġel mill-Ukrajna li rrifjuta kull assistenza.

Din il-ġlieda hija waħda fost sensiela ta’ argumenti oħra li jidher li qedgħin iseħħu minn żmien għall-ieħor. Liema ġlied qiegħed jispiċċa rekordjat u mxandar fuq il-midja soċjali.

X’inhu jiġri? Effetti tal-istress mill-pandemija? Nuqqas ta’ raġunar? Karattri impulsivi bla ħsieb ta’ xejn?

Nikkundannaw dawn it-tipi ta’ argumenti, jibdew minn fejn jibdew. Din l-azzjoni inumana, seħħet f’Buġibba.

Ejjew inżommu l-kalma.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com