“Għawdex U Malta Se Jibqgħu Mexjin il Quddiem – Din Hija L-Kelma Tiegħi Magħkom!” – Il-PM

 “Għawdex U Malta Se Jibqgħu Mexjin il Quddiem – Din Hija L-Kelma Tiegħi Magħkom!” – Il-PM

Il-PM Robert Abela tenna li minn meta kien fdat bħala Prim Ministru , l-isfidi ma naqsux bħal pandemija. Quddiem kull sfida, dejjem żammejt prinċipju wieħed f moħħi, dak li nkun onest mal-poplu Malti u Għawdxi. L-istess se nagħmel illum. Kont nippreferi li l-proċess tal-FATF ikun imħabbar skont il-protokoll tagħha iżda la saru rapporti fil-midja, obbligat li nitkellem mal-poplu.

Abela tenna li jħoss, illi l-fatt li pajjiżna jitpoġġa taħt skrutinju, mhix waħda mistħoqqha u hija inġusta. Tenna li pajjiżna se jibqa’ jibni fuq il-ħafna riformi li għamel diġà għaliex dan qed isir b’konvinzjoni ta’ pajjiż modern b’governanzna b’ saħħitha. Tenna li huwa dover tiegħu bħala PM, li l-familji, ħaddiema u negozji jkollhom l-aqwa qafas regolatorju biex jipproteġu d drittijiet tagħhom.

Qal li t-tekniċi li tkellmu f’ isem pajjiżna, u dawk l-entitajiet li jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus, iddefendew lil pajjiżna. Semma kif il-Gvern fl-ebda mument ma tneħħa l-interess nazzjonali minn quddiem għajnejh f’kull pass li jagħmel.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li r-rapport tal-Moneyval kien wieħed pożittiv li jpoġġi lil Malta bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li għandu rakomndazzjonijiet ‘compliant’ ma’ dak li suppost. Il-Moneyval irikonoxxa l-bidliet kbar li għamel pajjiżna, kif għamlet il-Kummissjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea.

Dak tal-lum, quddiem l-FATF kien proċess ieħor. “Fil-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet, kważi ma’ baqa’ xejn x’jittranġa iżda mingħajr suppervja, fejn hemm bżonn bidliet, se nagħmluhom għaliex nemmnu fil-poplu tagħna; bidliet li kienu se jkomplu jsiru anke jekk ma seħħx il-każ tal-lum.”

Il-PM tenna li l-Gvern se jibqa’ jinċentiva l-prodott lokali grazzi għall-Governanza tajba. Il-Governanza tajba tibqa’ wieħed mill-pilastri li se toħodna lejn prosperità ġdida, kompla jgħid Abela u qal li bl-ebda mod mhi se taqtgħalna qalbna din is-siegħa. Quddiem sfida ġdida, jikber iżjed fiha s-sens ta’ determinazzjoni li naħdem iżjed bil-qalb u konvint li se nsib lill-poplu Maltin u Għawdxi ta’ rieda tajba warajna.

Fakkar kif l-ekonomija reġgħet bdiet tikber u hekk ukoll se tkompli tkun imħarsa l-kwalità tal-ħajja tagħna. Dan imur kontra dak li bassru wħud, meta qalu li waqt il-pandemija se jintilfu eluf ta’ mpjiegi.

“Aħna Gvern li jaf kif għandu jaħdem, magħna taf fejn qiegħed. Is-sens ta’ Għaqda nazzjonali għandna nżommuh iżjed robust u aktar minn qatt qabel irrid naħdmu bhala Tim Malta biex il-vuċi tagħna tasal fejn għandha tasal u rridu nkunu iżjed magħqudin.

Il-PM qal li kif wiegħed fil-bidu tat-tmexxija tiegħu bħala Prim Ministru, isem Malta jibqa’ fuq quddiem fejn ser ikomplu r-riformi minkejja ż-żmien qasir li kellu u anke l-kuntest tal-pandemija. “Għawdex u Malta se jibqgħu mexjin ‘il quddiem – din hija l-kelma tiegħi magħkom!”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com