Ġieħ Ħal Tarxien Imur Għall-Mibki L-Artist Renzo Gauci

 Ġieħ Ħal Tarxien Imur Għall-Mibki L-Artist Renzo Gauci

Ilbieraħ 27 ta’ Ġunju tfakkar Jum Ħal Tarxien bl-għoti tal-ġieħ ir-raħal li din is-sena ngħata lill-artist, il-mibki Renzo Gauci.

Gauci kien magħruf sew fil-qasam tal-arti li kien joħloq bil-kapaċità ta’ jdejh. Għamel bosta xogħlijiet kemm f’Ħal Tarxien stess u anke barra r-raħal. Kien kapaċi fl-iskultura fl-injam, disinni u arti diversa.

“Erġajna ukoll għazilna persuna biex tingħata Ġieħ Ħal Tarxien u meta kellna qbil li din is-sena iddedikajna dan il-jum lil Għaqdiet ma stajnhiex ma nagħtux Ġieħ Ħal Tarxien lil ħadd aktar ħlief lil Renzo Gauci, bniedem li għalkemm m’għadux magħna ħalla legat kbir fost l’Għaqdiet tar-raħal tagħna”, inkiteb fil-paġna tal-Kunsill Tarxiniż.

Insellmu l-memorja tiegħu u nawguraw lit-Tarxiniżi kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com