Grech Itenni Li Kiteb Lill-FATF Biex Jassigura Li Gvern Alternattiv Iġib Lura R-Reputazzjoni Ta’ Malta

 Grech Itenni Li Kiteb Lill-FATF Biex Jassigura Li Gvern Alternattiv Iġib Lura R-Reputazzjoni Ta’ Malta

Waqt kollegament telefoniku fuq l-istazzjon tal-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech qal li kiteb lill-FATF (Financial Action Task Force) biex jassigurahom li bħala Gvern alternattiv se jġib lura r-reputazzjoni li tilfet Malta. Qal li ngħaddu kemm ngħaddu testijiet, isem pajjiżna saritlu l-ħsara.

Grech qal li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja jridu li Malta titpoġġa fuq il-lista l-griża. Il-vot se jittieħed fit-23 ta’ Ġunju.

Tenna li din hija aħbar inkwetanti li l-effett tagħha jista’ jkun negattiv b’konsegwenzi fuq l-industrija tas-servizzi finanzjari ta’ Malta, u tal-gaming.

Tkellem ukoll dwar is-settur tas-Saħħa f’Għawdex fejn qal li l-PN fil-gvern irid jagħti lill-Għawdxin dak li kien tagħhom mentri Gvern Laburista biegħ l-isptarijiet lill-privat u pprivatizza l-qasam tas-saħħa. Qal li dan wassal biex l-Għawdxin iċċaħħdu minn servizz tas-saħħa kif jixirqilhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com