Ġuvni Ta’ 16-Il Sena Jaqa’ Minn Fuq Bejt Ta’ Residenza

Ġuvni ta’ 16-il sena, weġġa’ meta waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq bejt ta’ residenza. Dan ġara lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23.00 f’residenza privata fi Triq il-Kampanella fil-Fgura.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u l-membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lill-vittma mir-residenza filwaqt li tim mediku ta l-ewwel għajnuna.
Ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.