Hamrun Spartans Jitilfu L-Appell

L-Appell li resqu Hamrun Spartans FC quddiem il-CAS ma’ ġiex milquħ u għalhekk iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier Malti mhumiex ser jitħallew jipparteċipaw fil-UEFA Champions League ta’ din is-sena.
Dan ifisser li Hibernians FC, it-tim li spiċċa fit-tieni post tal-Kampjonat Premier, ser ikun it-tim li jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Champions League. It-tim pawlist ser ikun fl-azzjoni nhar it-Tlieta 6 ta’ Lulju fejn it-tim minn Raħal Ġdid ser jilgħab kontra FC Flora tal-Estonja.
Ritratt: UEFA