Ħassejtha S-Sħana Llum?

Matul il-ġurnata tal-llum inkiser rekord tal-iżjed ġurnata sħuna li qatt tkejlet f’Ġunju. Ftit wara l-ħin ta’ nofsinhar il-merkurju lahaq l-40.2°C f’diversi lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta.
L-aħħar rekord li kien intlaħaq kien propju f’Ġunju tal-1997 meta l-massima kienet laħqet l-40.1°C.
Dan ifisser ukoll li llum it-temperatura kienet mal-11°C ogħla mill-medja.