Ħruq Estensiv Fl-Akkawata Tar-Ramla L-Ħamra
Fix-xagħri u l-għelieqi tal-madwar tar-Ramla l-Ħamra, f’ Għawdex jidher li kien hemm ħruq estensiv li kien ikkawżat b’mod naturali mis-sħana qawwija u r-raġġi qawwijn tax-xemx li qed joffri l-jum tal-lum.
Kif jixhed ir-ritratt, l-akkwata li fix-xitwa tkun ħadra bil-ħaxix, tinsab kważi griża konsegwenza ta’ dan.
Il-pubbliku huwa mfakkar biex joqgħod attent mir-raġġi tax-xemx u jilbes ilbies protettiv. Tajjeb ukoll li tixorbu l-ilma. Ħudu ħsieb saħħitkom.