Id-Deċiżjoni Tal-FAFT Tista’ Sservi Bħala Katalista Skont DBRS

 Id-Deċiżjoni Tal-FAFT Tista’ Sservi Bħala Katalista Skont DBRS

DBRS, aġenzija internazzjonali ta’ kreditu tesprimi kliem ta’ fiduċja fil-konfront ta’ pajjiżna, wara d-deċiżjoni tat-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja (FATF).

Din l-aġenzija tinnota li l-awtoritajiet Maltin wettqu diversi riformi ambizzjużi u saħħu r-riżorsi finanzjarji u r-riżorsi umani tal-awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji. Dan wassal sabiex is-sena l-oħra rajna żieda sinifikanti ta’ spezzjonijiet u azzjonijiet t’infurzar.

Infatti, l-ispezzjonijiet fl-2020 żdiedu b’84% meta mqabbla mal-2019 u b’149% meta mqabbla mal-2018.

Id-DBRS jgħidu li dan kien rifless fl-assessjar tal-Moneyval fil-konfront ta’ Malta, fejn pajjiżna ma baqax jidher bħala “non-compliant” jew “partially compliant” u f’disa’ rakkomandazzjonijiet tal-FATF, Malta avvanżat minn “partially compliant” għal “largely compliant” u “compliant”.

Meta ikkunsidrat il-progress sinifikanti li għamlu l-awtoritajiet, id-DBRS tgħid li d-deċiżjoni tal-FAFT tista’ sservi bħala katalista sabiex tgħaġġel it-titjib fl-effettività kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu, it-titjib fil-kontroll tal-korruzzjoni u tkompli tissaħħaħ il-governanza tal-pajjiż.

Ritratt: meridiandesign.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com