Id-Dwana B’Sejba Ta’ €13,790 Fuq Passiġġier Fl-Ajruport

 Id-Dwana B’Sejba Ta’ €13,790 Fuq Passiġġier Fl-Ajruport

Multa għal passiġġier mill-Ukrajna wara li nqabbad b’€13,790 fuqu fl-ajruport ta’ Malta fi triqtu lejn Istanbul fit-Turkija.

Din is-sejba saret wara li uffiċjali tad-Dwana kienu qed jagħmlu rondi fl-ajruport u waqfu lil dan il-passiġġier u meta staqsew qalilhom li kellu inqas minn €10,000.

L-uffiċjali tad-Dwana ma kienux konvinti bir-risposta u għal hekk talbu li ssir tfittxija u fil-bagalja sabu  €13,790.

Il-passiġġier ħallas il-multa fuq il-post u hekk seta’ jkompli bil-vjaġġ tiegħu.

Skond il-liġi tal-Unjoni Ewropea jekk ikollok aktar min €10,000 fi flus, ċekkijiet iffirmati jew deheb dawn għandhom jiġi ddikjarati mal-uffiċjali tad-Dwana qabel tibda il-vjaġġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com