Il-Belt Valletta Mlibbsa Għall-Festa – Appoġġ Mill-VCA Biex Il-Kapitali Maltija Tieħu Lura L-Ħajja

 Il-Belt Valletta Mlibbsa Għall-Festa – Appoġġ Mill-VCA Biex Il-Kapitali Maltija Tieħu Lura L-Ħajja

Fuq inizjattiva tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA), il-Belt kapitali Maltija, ġawhra fl-istil u l-karattru tagħha, libset il-libsa tal-festa tradizzjonali Maltija b’għadd sabiħ ta’ pavaljuni, bnadar u dwal tal-festa.

Dawn intramaw fit-toroq u fil-pjazez ewlenin tal-kapitali tagħna.

“Dan hu sforz ieħor min-naħa tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta sabiex inġibu lura l-ħajja soċjali, ekonomika u kulturali fil-Belt Valletta”, tenna Jason Micallef – Ċermen tal-Aġenzija li taħdem qatigħ biex iżżomm il-livell kulturali fl-aqwa tiegħu, hekk kif jixraq lill-kapitali ta’ Malta; Valletta.
Prosit Tassew.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com