Il-Biedja Tħalliet Wisq Titlef In-Nifs U D-Demm – Alfred Sant

 Il-Biedja Tħalliet Wisq Titlef In-Nifs U D-Demm – Alfred Sant

Il-Festa ta’ l-Imnarja apparti li hija festa ddedikata lil San Pietru u San Pawl hija ġurnata assoċjata mal-attivitajiet li jsiru fil-Buskett marbutin mal-biedja, annimali u tradizzjonijiet sbieħ li sfortunatament maż-żmien naqsu xi ftit.

Dr. Alfred Sant dalgħodu fuq il-mezzi soċjali qasam ħsieb fejn qal li jiddubita jekk din il-festa għadhiex tiġi ċelebrata bil-ħerqa u briju bħal żmien l-imgħoddi.

Kompla jgħid li dan mhux biss għax id-drawwiet inbidlu imma hemm ukoll ir-realtà ta’ biedja li tħalliet wisq titlef in-nifs u d-demm.

Alfred Sant qasam xi ħsibijiet għaliex jaħseb hekk fosthom li ma tajniex kas biżżejjed għal x’għandu jsir biex familja tkun tista’ taqla’ għajxien xieraq mill-biedja fulltime.

Qal ukoll li ma rnexxilniex nagħtu lostru modern lill-prodotti tal-biedja indiġena Maltija biex ikunu jistgħu jikkompetu b’aktar qawwa fis-suq.

Sant itemm il-ħsieb tiegħu billi jgħid li din hija ħasra.

Taqbel miegħu ?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com