Il-Brażil Ser Jospita S-47 Edizzjoni Tal-Copa America

Għalkemm il-Brażil għadu qed jiffaċċja problemi kbar minħabba l-pandemija tal-Covid-19, CONMEBOL ikkonfermaw li L-Brazil ser jospita’ s-47 edizzjoni tal- Copa America.
Il-logħob mistenni jibda fit-13 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sal-10 ta’ Lulju. Wara li l-Kolumbja u l-Arġentina ma tħallewx jospitaw l-Copa America, l-għajnejn waqgħu fuq il-Brażil. Din id-deċiżjoni ma tantx niżlet tajjeb mal-poplu Brażiljan, li għadu qed jitħabat mal-konsegwenzi kbar li ġabet fuqhom il-Covid-19.
Minkejja kollox CONMEBOL irringrazzjat lill-President Brażiljan Jair Bolsonaro li laqa’ t-talba tagħhom.
Ritratt: Goal.com