Il-Bżulija Tal-Ħaddiem

 Il-Bżulija Tal-Ħaddiem

Jekk kien hemm sena li kompliet turi l-perseveranza u l-bżulija tal-ħaddiem, kienet propju din is-sena. Il-karatteristiċi sbieħ tal-ħaddiema tagħna jirrenjaw fuq kull ċirkostanza. Il-fatt li l-ħaddiem adatta għal ċirkostanzi bla preċedent, ċirkostanti li qatt ma ħaseb fuqhom. Il-ħaddiem li kien innovattiv, u f’ċerti każijiet ukoll biddel il-metodu li jopera sabiex jibqa’ produttiv u l-poplu Malti jibqa’ jirċievi servizz ta’ kwalità. 

Fost l-oħrajn, wieħed isemmi s-servizz ta’ delivery li ssaħħaħ madwar Malta u Għawdex. Tista’ tgħid li llum jista’ jkollok delivery ta’ kull prodott li jkollok bżonn, tixtieq u timmaġina. Jekk għandek bżonn ikel, mediċini, iżda ukoll ħwejjeġ u affarijiet teknoloġiċi jaslulek wara l-bieb ta’ darek fi ftit siegħat, mingħajr ma jkollok bżonn tivvjaġġa minn post għal ieħor u tagħmel kuntatt ma’ persuni oħra. Saħansitra fis-Sajf rajna li anke jekk tixtieq ġelat, jasalek wara biebek fi ftit siegħat! Dan kollu juri l-bżulija tal-ħaddiem li jibqa’ jaħdem taħt kull ċirkostanza, iżda ukoll ir-rispett li għandhom lejn il-klijenti tagħhom, u jagħmlu minn kollox biex ma jkun jonqoshom xejn.

Kliem ta’ ringrazzjament imur lill-ħaddiema tagħna, li mhux talli mhumiex baħħara tal-bnazzi, talli huma pilastru essenzjali ta’ pajjiżna.

Ritratt: The University of Manchester

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com