Il-Gvern Ikaxkar Saqajh Dwar By-Law Biex Isir Illegali L-Użu Ta’ Karavans Ma’ Triq il-Kosta

 Il-Gvern Ikaxkar Saqajh Dwar By-Law Biex Isir Illegali L-Użu Ta’ Karavans Ma’ Triq il-Kosta

Il-Gvern qed ikaxkar saqajh dwar by-law li saret mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar biex jitwaqqaf l-użu tal-karavans milli jipparkjaw għal diversi jiem u ġimgħat fi triq il-Kosta.

Is-Sindku Anne Marie Fenech Adami f’kummenti mal-midja lokali qalet li l-kunsill prepara by-law imma l-Ministeru responsabbli mmexxi minn Jose’ Herrera kien qed itawwal il-proċess u talab il-kunsill biex jagħmel impact assessment tal-liġi l-ġdida.

Is-Sindku qalet li dawn il-karavans qed joħolqu problemi kbar fiż-żona għaliex qed jagħmlu diversi xhur f’din iż-żona u ħafna drabi jokkupaw żoni kbar għas-sajf kollu.

Ritratt: Naxxar Local Council

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com