Il-Kabinett Illum Approva L-Pjan Ta’ Rkupru U Reżiljenza
“Sodisfatt li l-Kabinett tal-Ministri, illum approva l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza b’Fondi Ewropej.” Hekk kiteb is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi fuq il-midja soċjali fejn tenna, li dan il-pjan ser ikun utli u jintuża biex ikompli jibni fuq diversi inizjattivi li diġa ħa l-Gvern biex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi li ġabet magħha l-pandemija.
Qal li dan huwa pjan li se jkun qed iwettaq bidla lejn ekonomija iktar ħadra u jwassal għal ekonomija iktar diġitali.
jidher li issa l-pass li jmiss huwa li, nhar l-Erbgħa li ġej 30 ta’ Ġunju 2021, dan il-pjan jiġi ppreżentat lill-imsieħba soċjali fl-MCESD kif ukoll lill-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.