Il-Kabinett Jagħti Parir lill-President Sabiex Ma Jilqax It-Talba Għall-Proklama Tal-Aħwa Degiorgio

 Il-Kabinett Jagħti Parir lill-President Sabiex Ma Jilqax It-Talba Għall-Proklama Tal-Aħwa Degiorgio

Fi stqarrija mill-Gvern ta’ Malta ġie ddikjarat li l-Kabinett tal-Ministri llum iddeċieda li jagħti parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax it-talba għall-proklama li għamlu l-aħwa Degiorgio nhar is-26 ta’ April 2021. Dan b’konformità mal-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Jitqal li d-deċiżjoni tal-Kabinett mhux biss hija bbażata fuq il-parir tal-istituzzjonijiet relevanti, iżda hija meħuda wkoll fl-interess nazzjonali u fl-interess tar-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Il-Ministru Carmelo Abela rrikuża ruħu għall-istess raġunijiet msemmija fl-istqarrija tal-Gvern ta’ Malta dwar talba oħra għall-proklama, li kienet ippubblikata fid-19 ta’ April 2021.

Ritratt: Illum

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com