Il-Lotterija Annwali Ta’ Hospice Malta Bi Premjijiet Inkredibbli

 Il-Lotterija Annwali Ta’ Hospice Malta Bi Premjijiet Inkredibbli

Għal sena oħra ġiet mħabbra l-lotterija annwali ta’ Hospice Malta, fejn din id-darba wieħed jista’ jidħol fiċ-ċans li jirbaħ karozza tat-tip Peugeot 108 u premjijiet oħra.

Meta wieħed jieħu sehem f’din il-lotterija ikun qiegħed jgħin lil Hospice Malta fil-ġbir ta’ fondi b’risq St Michael Hospice, liema faċilità qiegħda tinbena bħalissa; faċilità state-of-the-art, sabiex tkompli tagħti s-servizzi ta’ kura paljattiva komprensivi u b’xejn lill-komunità Maltija.

Minbarra l-prempju prinċipali, wieħed jista’ jirbaħ ukoll Daikin 12,000 BTU Air Conditioner mingħand MA&A, Xiaomi 43” Smart TV mingħand A to Z Electronics, Weekend Break fil-lukanda Radisson Blue Golden Sands, u sett tal-antipasto mingħand Mediterranean Ceramics.

Kull biljett ta’ din il-lotterija jinxtara b’donazzjoni ta’ €1. Il-biljetti qegħdin jitqassmu fid-djar madwar Malta u Għawdex. Il-pubbliku ’l fuq minn 18-il sena huwa mħeġġeġ li jipparteċipa f’din il-lotterija u jissottometti l-biljetti tiegħu, flimkien mad-donazzjoni tiegħu lejn Hospice Malta qabel it-12 ta’ Awwissu, meta tkun se tittella’ l-lotterija.

F’każ li ma rċivejtx il-biljetti bil-posta tista’ tagħmel kuntatt ma’ Hospice Malta fuq +35621440085 jew [email protected].

Ilkoll nafu kemm Hospice Malta tagħmel ġid bis-servizzi li toffri lill-pazjenti li jsofru mill-marda tal-kanċer, motor-neuron disease u mard serju ieħor. Għaldaqstant, wieħed huwa mħeġġeġ sabiex jipparteċipa f’din il-lotterija u bid-donazzjoni tiegħu ikompli jgħid lil Hospice Malta tibqa’ tkun ta’ sostenn għal poplu Malti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com